L-Ispeaker Anġlu Farrugia fi żjara uffiċjali fl-Awstralja

Hekk kif jinsab fuq żjara uffiċjali fl-Awstralja, l-Ispeaker Anġlu Farrugia żar xi postijiet tal-votazzjoni fejn inżammu l-elezzjonijiet ġenerali fl-Awstralja. Dr Anġlu Farrugia żamm laqgħa mal-Maltese Community Resource Centre fejn anke ltaqa’ ma diversi familji Maltin.

L-Ispeaker iltaqa’ wkoll ma’ diversi membri ta’ kumitati t’assoċjazzjonijiet Maltin li jiffurmaw parti mill-Malta Community Council ta’ New South Wales u wara anke żar il-momument tal-Migranti Maltin.

Anġlu Farrugia ltaqa’ wkoll mal-La Vallette Social Centre ta’ Blacktown filwaqt li għamel żjara wkoll f’St. Dominic’s Hostel for the Aged, fejn anke kien imdawwar mal-faċilità.