L-Ispanjoli kienu għadma iebsa għall-Maltin

MFA: Domenic Aquilina

Kif kien mistenni, kienet logħba diffiċli ferm għall-Maltin ġewwa Cadiz. L-Ispanjoli rebħu bl-iskor ta’ 7-0. Tul id-90 minuta, il-Maltin ma wrew l-ebda reazzjoni għall-pressjoni immensa tal-Ispanjoli. Henry Bonello ta’ prestazzjoni tajba meta rnexxielu jinnewtralizza ħafna mill-opportunitajiet li kellhom l-Ispanjoli.

Il-coach ta’ Malta Ray Farrugia ddeċieda li jagħti ċ-ċans lil żewġ plejers ta’ Floriana biex jiddebuttaw. Farrugia daħħal lid-difensur Jurgen Pisani li għandu 27 sena u lill-midfielder Brandon Paiber li għandu 24 sena.

Alvaro Morata fetaħ l-iskor għat-tim Spanjol meta skurja fit-23 minuta. Sal-ewwel taqsima tal-logħba, l-Ispanjoli kienu żewġ gowls minn fuq.

Riżultati oħra:

Grupp D

Denmark 6-0 Gibraltar

Switzerland 1-0 Georgia

Grupp F

Norway 4-0 Faroe Islands

Romania 0-2 Sweden

Grupp J

Armenia 0-1 Greece

Finland 3-0 Liechtenstein

Bosnia and Herzegovina 0-3 Italy