L-ismartphone CAT qed jingħata b’xejn ma’ wieħed mill-pakketti ta’ GO

Smartphone li jiflaħ għal kundizzjonijiet estremi bħalissa qed jingħata mingħajr ħlas lil kull klijent li jabbona mal-Limitless Two mobile plan.
L-ismartphone CAT S30, iddisinjat speċifikament għal kundizzjonijiet estremi biex ma jidħolx trab fih, jiflaħ għal waqgħat minn għoli ta’ 1.8 metri, u reżistenti għall-ilma sa siegħa f’fond ta’ metru.
CAT S30 jinsab għal bejgħ prezz ta’ €299, filwaqt li għal klijenti ta’ Limitless One mobile plan l-ismartphone jinsab għal bejgħ bi prezz skontat ta’ €150.
Minbarra r-reżistenza tiegħu, CAT S30 għandu batterija li ddum ħafna, fejn tipprovdi 12-il siegħa ta’ telefonati u 19-il ġurnata stand-by.
L-ismatphone għandu wkoll karatteristiċi bħal disinn li ma jiżloqx, magħmul biex inaqqas kemm jista’ jkun l-inċidenti anki meta l-utent ikun qed juża l-ingwanti.
Kif wieħed jistenna dan l-ismartphone għandu l-funzjonalità kollha li wieħed jistenna b’sistema operattiva 4G Android 5.1 Lollipop.