L-Iżlanda tittama f’bidu tajjeb kontra l-Arġentina

L-Iżlanda, l-iżgħar nazzjon li qatt ikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja, hija mistenna tilgħab l-ewwel logħba tagħha fis-16 ta’ Ġunju meta taffronta lill-Arġentina ta’ Lionel Messi.

Dan il-pajjiż relattivament żgħir għandu lill-fantasista ta’ Everton Gylfi Sigurdsson, lill-midfielder ta’ Aston Villa Birkir Bjarnason u lill-plejer ta’ Cardiff City Aron Gunnarsson fit-tim u se jipprova jirrepeti l-wirjiet straordinarji li wera matul il-UEFA Euro 2016.

Sigurdsson huwa meqjus bħala l-aqwa plejer tagħhom u kien ta’ serħan il-moħħ  għall-partitarji tal-Islanda li rawh jirkupra minn problema fl-irkoppa.

Bħalissa l-Iżlandiżi qed jitħarrġu fl-Olimp Stadium f’Kabardinka u se jilagħbu wkoll kontra l-Kroazja u n-Niġerja fi Grupp D.