L-Iżlanda tagħlaq l-ispazju tal-ajru minħabba vulkan li jista’ jiżbroffa

L-Iżlanda għalqet l-ispazju tal-ajru viċin il-vulkan Bardarbunga wara li l-uffiċċju meteoroloġiku ħareġ twissija oħra li l-vulkan jista’ jiżbroffa minn ħin għall-ieħor bil-konsegwenza li tifforma sħaba ta’ rmied fil-madwar.
Fl-aħħar seba’ snin xjentisti nnutaw attività siżmika madwar il-vulkan iżda din naqset xi ftit wara li żbroffa vulkan iżgħar fil-viċin.
Minkejja dan, l-attività reġgħet qabdet.
Għal dawk li se jivjaġġaw, l-iżbroff ta’ dan il-vulkan hija aħbar ħażina għaliex jistgħu jitwaqqfu diversi titjiriet.
L-irmied inaqqas il-viżibilità u jista’ jwassal għal ħsarat fil-magni tal-ajuplani.
Fl-2010, vulkan ieħor li żbroffa fl-Islanda għalaq il-maġġoranza tal-ajru fl-Ewropa għal sitt ijiem, b'aktar minn 10 miljun persuna affettwata, b'telf ta' madwar biljun ewro.