L-Island Car Club jiġi injorat mill-Kunsill Lokali tar-Rabat

Ritratt: David Axisa

Read in English.

Island Car Club (ICC) ilu jorganizza tlielaq tal-karozzi f’Malta għal aktar minn 60 sena. Il-proċess biex tiġi organizzata kull tellieqa, parti mill-Kampjonat Nazzjonali, huwa proċess burokratiku, twil, li kull ma jmur qiegħed isir aktar rigoruż.

Jidher li l pandemija tal COVID-19 bidlet dak kollu li kien meqjus normali, fil-każ tal-ICC, jidher li se jkun il-kunsill lokali tar-Rabat, l-akbar ostaklu anke waqt pandemija, u ser iwaqqaf lill-klabb milli jkompli l-Kampjonat Nazzjonali. Wara li talab, u akkwista l-aprovizzazjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi organizzata tellieqa fis-6 ta’ Settembru, sal-lum il-klabb għadu bla permess tal-kunsill. Il-klabb ippreżenta l-applikazzjoni lill-kunsill fl-10 ta’ Awwissu, u 9 t’ijiem wara, din l-applikazjoni ġiet rifjutata, fuq “protokolli tas-saħħa”, bil-kunsill ma jagħmel l-ebda referenza oħra.

L-Island Car Club ippreżenta r-rapporti kollha meħtieġa, kif ukoll kopji tal-konferma li la l-MTA u lanqas l-Awtorità tas-Saħħa m’għandhom diffikulta biex dan l-avveniment jittella. Minkejja bosta tentattivi biex il-klabb jagħmel kkuntat mal-kunsill, l-klabb ġie totalment injorat. Il-konferma mill-MTA u l-Awtorità tas-Saħħa li tlielaq tal-karozzi imsejħa Hillclimb jistgħu jsiru (suġġett għal-linji gwida maqbula mill-ICC), ġiet sostanzjata wkoll bl-approvazjoni tal-Pulizija, Transport Malta, il-Protezzjoni Ċivili, u s-soċjeta tas-Salib l-Aħmar.

Il-kumitat u l-membri tal-Island Car Club huma urtati li, wara snin ta’ kooperazzjoni u ftehim bejn il-klabb u l-kunsill lokali, issa qiegħed jiġu injorati.

It-telgħa tal-Mtaħleb ġiet speċifikament mogħtija wiċċ ġdid u ġiet allokata għall-komunità tal-motorsport mill-Gvern ċentrali u ġie inawgurat għal dan il-għan fl-2017. It-Telgħa hija użata regolarment mill-ICC u darba fis-sena għall-Malta Classic Hill Climb.

Huwa ironiku li l-burokrazija u sitwazzjonijiet illoġiċi bħal dawn qiegħed jiġu ffaċċjati mil-ICC u l-membri tiegħu. L-ICC tappella lill-kunsill biex jikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu u, bħala minimu jerġa’ joħloq djalogu mal-klabb, kif dejjem sar.

Dan it-tagħrif twassal minn motorsport.mt