L-iskwadra tal-vjolenza domestika tlesti tinvestiga l-ewwel każ

Il-Pulizija investigat każ ta’ vjolenza fl-erbat ijiem li ilha mwaqqfa hekk kif raġel mistenni jitressaq il-Qorti llum fuq biża’ ta’ vjolenza u fastidju fuq is-sieħba tiegħu. Ir-raġel għandu 29 sena u mistenni jitrssaq il-Qorti għall-ħabta ta’ nofsinhar quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli.

Ir-rapport sar minn mara ta’ 27 sena u l-ġenituri tagħha fil-konfront tas-sieħeb tagħha.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-ħidma mill-Iskwadra tal-Pulizija ta’ Kontra l-Vjolenza Abbażi ta’ Ġeneru u Vjolenza Domestika wasslet biex il-vittmi jiġu akkumpanjati fid-Depot fejn hemmhekk ingħataw l-attenzjoni kollha f’kamra apposta, mgħammra bil-faċilitajiet meħtieġa.

Ir-rapport kien jikkonsisti f’biża’ ta’ vjolenza kif ukoll fastidju fil-konfront tagħhom tul medda ta’ snin, kif ukoll sekwestru tal-mara.

Din l-iskwadra bdiet il-ħidma tagħha nhar il-Ħamis l-ewwel ta’ Ottubru.

It-trasformazzjoni tal-Pulizija:
Il-Korp tal-Pulizija jaffaċċja trasformazzjoni