L-iskwadra finali Maltija tal-Futsal

Mark Marlow, il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-futsal, ħabbar il-lista uffiċjali ta’ plejers għar-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew.
Bejn il-lasti se jkun hemm Matthew Mifsud, b’Nicholas Farrugia bħala s-sostitut tiegħu.
Fost il-plejers mgħajjta, jirritornaw fit-tim nazzjonali Xavier Saliba u Giancarlo Sammut.
Bħala wiċċ ġdid fit-tim nazzjonali nsibu lil Jason Gauci.
Il-bqija tal-iskwadra hija magħmula minn Andrea Farrugia, Dale Camilleri, Jovica Milijic, Nicola Del Re, Melvin Borg, Mark Zammit, Chris Cardona, Matteo Desira Buttigieg u Luke Stivala.
Daniel Brincat, Adrian Attard, Darren Rapa u Andy Mangion tħallew barra mill-iskwadra proviżorja.