L-iskultura fil-ġebla Maltija tal-knisja l-qadima ta’ Birkirkara

Għat-tielet ġimgħa konsekuttiva waqt il-programm Sensilhena li jixxandar fis-7pm fuq TVM2, Christine Delicata ser titkellem ma’ Mons Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, u ser tkompli titkellem miegħu dwar il-familji, il-valuri, u kif il-knisja tista’ tkompli tgħin lin-nies li huma ‘l bogħod .

Programm ieħor interessanti li ser ikompli jipprofondixxi għaliex wieħed għandu jgħix sew, bil-valuri tajbin anke jekk mhux valuri Insara imma valuri li jgħin lil min isegwihom jgħix aktar kuntent.

Hilary Spiteri din il-ġimgħa żar il-knisja parrokkjali ta’ Santa Marija – magħrufa wkoll bħala l-knisja l-qadima ta’ Birkirkara. Knisja differenti minn kif naraw is-soltu għax il-valur tagħha jinsab fl-iskultura fil-ġebla Maltija.

Fr Paul Chetcuti sj illum ser ikompli jitkellem u jirrakkonta dwar il-ħidma tiegħu mal-qaddisa Madre Tereża ta’ Kalkatta u x’ħalliet fih.

Christine Delicata

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPI MEDIA, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia mssp.