“L-iskola tal-Qawra suppost tlestiet fl-2017” – PN

Il-Partit Nazzjonalista (PN) stqarr li l-Gvern għandu bżonn iwettaq il-wiegħdiet tiegħu rigward il-bini tal-iskejjel.

Il-PN iddettaljaw li l-Gvern kien ħabbar li se jibni skola fil-Qawra tliet snin ilu, u li kellha titlesta sal-2017. Komplew jgħidu li l-iskola reġgħet ġiet posposta meta ninsabu fl-2018.

Huma saħqu li din mhix aħbar li turi li l-Gvern jinteressa ruħu mill-futur, iżda turi li l-Gvern konċernat biss minn dak li jaħtaf hu fil-preżent.  Huma tennew li l-Gvern Nazzjonalist kien fetaħ skola ġdida kull sena.