L-iskola tal-Isport f’Pembroke tiftaħ sa sentejn oħra

L-iskola tal-Isport li l-Gvern qiegħed jibni fiż-żona ta’ Pembroke mistennija tilqa’ l-ewwel studenti tagħha fis-sena skolastika ta’ bejn Ottubru 2015 u Ġunju 2016.
Il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo kkonferma dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar.
Meta mistoqsi jispjega x’faċilitajiet sportivi se jkollha l-iskola l-ġdida tal-isport minn dawk li hemm sal-lum f’Ħal Kirkop, il-Ministru Bartolo qal li “l-isports hall tal-iskola ġdida ta’ Pembroke hi ikbar minn dik ta’ Ħal Kirkop”.