L-iskola Mariam Al-Batool tagħlaq biex tiġi diżinfettata

Read in English.

L-iskola Mariam Al-Batool f’Raħal Ġdid tinsab magħluqa temporanjament sakemm tiġi diżinfettata.

Dan tħabbar mill-Kap tal-iskola Kenneth Busuttil fuq Facebook u anke fuq il-paġna tal-iskola fuq Facebook stess. L-istudenti u l-għalliema ntalbu ma jmorrux l-iskola sakemm jirċievu l-aħbar li hija sigura mill-coronavirus.

L-iskola primarja għall-istudenti Musulmani tinsab ħdejn il-Moskea f’Raħal Ġdid.

Mariam Albatool School is temporarily closed for disinfection. To all staff, parents and students: kindly refrain from attending until further notice. Thank you.

Posted by Mariam Albatool School on Monday, September 14, 2020

Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm każ tal-coronavirus fl-ITS, u dan ġie kkonfermat mill-Istitut stess.

L-iskejjel f’Malta mistennijin jiftħu mill-ġdid f’temp ta’ ġimagħtejn.

Dettalji dwar każ waħdieni fl-ITS
Każ ta’ coronavirus fl-ITS