Filmat: L-iskola li kienet tattendi Michela b’filmat ta’ awgurju

L-istudenti mill-iskola tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex, inġabar biex jiġbed filmat ħelu ta’ awgurju għall-kantanta Michela Pace, l-ambaxxatriċi tal-gżejjer Maltin fl-64 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.

Lebsin flokkijiet ta’ kuluri differenti minn xulxin, dawn l-istudenti tal-istess skola li tattendi Michela Pace jidhru jkantaw is-silta Chameleon li biha llejla l-kantanta Għawdxija ta’ 18-il sena se tkun qed tikkompeti ma’ 17-il pajjiż ieħor fil-Eurovision.

Aktar appoġġ għal Michela

Intant l-appoġġ għal Michela qed ikompli jikber u hemm stennija kbira għal-lejla. F’Tel Aviv fl-Iżrael hemm mhux biss dawk li jmorru kull sena għall-Eurovision, iżda fl-aħħar ġranet qed jitilgħu wkoll grupp differenti biex illejla jkunu miġbura fl-Expo Tel Aviv biex ikunu preżenti għall-wirja ta’ Michela u jkunu jistgħu jżidu mal-brijju u l-appoġġ.

Ċertament li llejla waqt li Michela se tkun qed tkanta, fl-arena se jkun hemm ħafna bnadar Maltin jixxejru bħala turija ta’ appoġġ.

Id-deni tal-Eurovision qed ikompli jżid!