L-iskola għall-anzjani tibda llum

Ingħata bidu għas-sena akkademika għall-Università tat-Tielet Età.
Waqt laqgħa fl-Istitut Kattoliku fil-Furjana, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana ħabbret li l-Gvern se joffri għajnuna finanzjarja lill-Università tat-Tielet Età fil-Kottonera.
Żiedet tgħid li adulti ikbar li mhumiex f’saħħithom jew ma joħorġux minn djarhom minħabba raġunijiet ta’ saħħa, m’għandhomx jiġu esklużi minn opportunitajiet ta’ taħriġ fuq il-ħajja.
Semmiet ukoll li se jiġu organizzati korsijiet għal qabel l-irtirar, kif ukoll ċentru għat-tagħlim għall-anzjani fil-Mosta. 
Ritratt: DOI –  Clodagh Farrugia O'Neill