L-Iskema tal-passaporti twassal għal surplus ta’ €112.9 miljun

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ħabbar li l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Maltin, il-Programm tal-Investitur Individwali, kienet għodda essenzjali għall-pajjiż biex ibiddel id-defiċit ta’ €104.1 miljun f’surplus ta’ €112.9 miljun is-sena l-oħra.
Fi stqarrija, l-NSO spjega li dan kien grazzi għall-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali, li tnieda f’Lulju tas-sena l-oħra, u li rreġistra surplus ta’ €163.5 miljun.
70% ta’ dan id-dħul ġie ġġenerat mill-iskema tal-bejgħ tal-passaporti, li tnediet mill-Gvern.
Is-surplus li rreġistra l-Gvern fl-2016 huwa ekwivalenti għal 1.1% tal-Prodott Domestiku Gross, li l-NSO tistaqrr huwa titjib sinifikanti meta mqabbel mad-defiċit ta’ 1.1% li l-pajjiż irreġistra fl-2015.
Skont l-NSO, id-dejn gross konsolidat tal-Gvern ukoll naqas għal 57.6% tal-Prodott Domestiku Gross is-sena l-oħra, iktar minn żewġ punti perċentwali inqas milli jippermetti l-ftehim ta’ Maastricht.