Skema tal-“first-time buyer” għal min jixtri qabar

L-iskema tal-first-time buyers se tkun estiżi anki għal min għandu qabar.
Dan tħabbar ilbieraħ waqt sessjoni ta’ Gvern Li Jisma’ indirizzata mill-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Silvio Schembri.
Scicluna ċċara li mhu se jkun hemm ebda bdil jew introduzzjoni ta’ ħlas ta’ 1% tal-boll kif kien irrappurtat fil-midja.
Huwa qal li se titkompli titħaddem is-sistema eżistenti fejn ix-xerrej ma jħallasx it-taxxa tal-boll mal-iffirmar tal-kuntratt.
Sostna li minn Jannar li ġej kemm l-iskema preżenti kif ukoll fl-iskema l-ġdida kull min hu eliġibbli mhux se jkun qed iħallas l-ebda taxxa tal-boll proviżorja.
Huwa temm jgħid li se jkun grupp ta’ ħidma li se jkun qiegħed jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet biex b’hekk ikun hemm qafas regolatorju għall-iskema tar-rilaxxament tal-kapital (equity release) li għandha tibda tiġi offruta f’Malta.
Schembri min-naħa tiegħu qal li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) se tniedi dokument għall-konsultazzjoni biex b’hekk jiġu rregolati l-cryptocurrencies exchanges kif ukoll dawk li jipprovdu s-servizz f’din l-Industrija.
Ftit tal-jiem ilu l-BOV waqqaf it-tranżazzjonijiet mill-kontijiet bankarji tal-BOV għall-kontijiet tal-CoinBase.  
Ritratt: DOI – Jason Borg