L-iskema tal-‘Bandiera Bajda’ qisha waħda biex uħud jagħmlu l-flus –AD

Il-Ministeru għall-Ambjent jidher li daħal għal sekma li aktar tidher li hija skema biex xi wħud jagħmlu kemxa flus milli biex jitħarsu l-baħar u l-bajjiet Maltin skont l-Alternattiva Demokratika (AD). L-AD kienet qed tirreferi għall-inizzjattiva tal-White Flag (Bandiera Bajda).

Fi stqarrija, l-AD qal li pjanijiet biex Malta tissejjaħ il-pajjiż tal-bajjiet ‘White Flag’ huma bla sens mingħajr sforz ikkoordinat sewwa fost il-partijiet interessati kollha.

Minflok ma sar pjan u investiment biex jiġi indirizzat it-tniġġis mill-plastik il-Ministeru għall-Ambjent ħa l-eħfef triq u tella’ bandiera bajda, filwaqt li l-problema tal-iskart tal-plastik baqgħet qal l-AD.

Il-kelliem għall-AD għall-Ambjent Urban, James Gabarretta qal li għandhom jinstabu modi biex jiġi appoġġjat ix-xogħol ta NGOs lokali li jaħdmu biex iżommu l-ambjent fi stat tajjeb.

Skont The Shift News, eks impjegati tal-proġetti ambjentali ta’ Kristijan Curavić akkużawh, il-persuna wara l-proġett tal-Bandiera Bajda f’Malta, li huwa frodist.