L-iskejjel tal-Knisja jsegwu l-passi tal-iskejjel tal-Gvern

Aġġornat 03:38 PM

Read in English.

Imkejjen infurmati qrib il-Kurja qalu lil Newsbook.com.mt li s-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija laqa’ talba li rċieva biex, bħalma se jagħmlu l-iskejjel tal-Gvern, l-iskejjel tal-Knisja jiftħu bejn is-7 ta’ Ottubru u l-14 ta’ Ottubru. Dan ikun ifisser li t-tfal fl-iskejje tal-Knisja jirritornaw fuq il-bankijiet tal-iskola sal-14 ta’ Ottubru.

L-infromazzjoni li kiseb Newsbook tgħid li l-edukaturi tal-iskejjel tal-Knisja mistennija jirritornaw fl-iskola tagħhom mid data li diġà kienet stabbilixxiet kull iskola. Fiż-żmien sakemm l-istudenti jirritornaw l-iskola, l-edukaturi għandhom jiffamiljariżaw ruħħom mal-protokolli li se jintużaw u jkomplu bit-tħejjijiet tagħhom għas-sena skolastika. It-tmexxija ta’ kull skola mistennija tagħti direzzjoni kif l-istudenti se jidħlu lura l-iskola bejn is-7 u l 14 ta’ Ottubru.

Aġġornat: Stqarrija uffiċjali tas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Nisranija ikkonferma l-informazzjoni li ppublika Newsbook.com.mt. L-Istqarrija żiedet li “Mhux ser ikun jista’ jsir tagħlim online sas‑6 ta’ Ottubru. Dan huwa skont id‑direzzjoni maħruġa mill‑Ministeru tal‑Edukazzjoni u x‑Xogħol u l‑MUT”.