L-iskejjel primarji f’Londra se jibqgħu magħluqin

school

Il-Gvern Ingliż ikkonferma li l-iskejjel primarji f’Londra se jibqgħu magħluqin fil-bidu tas-sena l-ġdida.

Is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan qal li l-Gvern fl-aħħar beda jara s-sens u għamel U-turn fuq il-pjan tiegħu li jħalli lill-istudenti f’xi żoni jerġgħu jibdew imorru l-iskola minn nhar it-Tnejn li ġej.

Dan wara li mexxejja ta’ disa’ awtoritajiet f’Londra kitbu lis-Segretarju tal-Edukazzjoni Gavin Williamson biex jitolbuh jerġa’ jaħsibha li l-iskejjel jiftħu.

Il-Gvern qal li ddeċieda li l-iskejjel primarji kollha fil-belt Ingliża jridu jagħtu t-tagħlim online wara li evalwa r-rati ta’ trażmissjoni tal-coronavirus fil-pajjiż.

Madankollu, studenti vulnerabbli xorta waħda se jattendu l-iskola. Skejjel speċjali, u ċentri taċ-childcare se jibqgħu miftuħin.

Taħseb li l-iskejjel f’Malta għandhom jiftħu?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt