L-iskejjel primarji bl-akbar għadd ta’ għalliema supply

L-iskejjel primarji huma l-iżjed li għandhom għalliema supply, bit-total ta’ 58 għalliem. Isegwu dan it-total hemm ta’ 27 għalliem fil-Migrant Learners’ Unit, u 16-il għalliem tal-Arti u tal-Mużika, rispettivament.

Din l-informazzjoni ġiet ippreżentata mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fil-parlament, hu u jwieġeb il-mistoqsija tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Clyde Puli.

It-total ta’ għalliema supply f’Malta huwa ta’ 221 għalliem. L-iktar skola primarja li għandha għalliema supply hija dik tal-Kulleġġ Santa Tereża f’Santa Venera, b’5 għalliema.

Fost it-22 suġġett li għandhom għalliema supply wieħed jew waħda biss f’Malta huma l-Arti u d-Disinn, il-Malti u l-Istorja.

L-iżjed skejjel li għandhom għalliema supply huma l-Migrant Learners’ Unit u St Thomas More f’Raħal Ġdid.

Għalliema supply huma għalliema li jissostitwixxu lill-għalliema impjegati full-time ma’ ċerta skola. Ħafna drabi dawn ma jkunux tħarrġu fis-suġġett partikolari, iżda jaħdmu b’mod temporanju sabiex jieħdu post xi għalliema li jkunu ma jifilħux jew b’leave personali.