L-iskeda tas-sajf tal-Gozo Channel tibda ġimgħa qabel

Il-kumpanija Gozo Channel tavża lill-pubbliku li minħabba ż-żieda qawwija fid-domanda għas-servizz tagħha fl-aħħar ġimgħat, l-iskeda tas-Sajf se tibda ġimgħa qabel.
Dan ifisser li minflok it-Tnejn 22 ta’ Ġunju, il-vjaġġi tas-sajf se jibdew mit-Tnejn 15 ta’ Ġunju.
Fi stqarrija, il-Gozo Channel qalet li hi kommessa biex tagħti l-aħjar servizz possibbli lill-klijenti tagħha, bi skeda li tipprovdi aktar vjaġġi u inqas ħin ta’ stennija.