L-iskeda tal-ħarifa ta’ TVM2

Mit-Tnejn 28 ta’ Settembru TVM 2 se jkun qed iwassal skeda ġdida ta’ programmi. Dan l-istazzjon se jibqa’ pjattaforma għal programmi sportivi.

Kuljum fit-8.15pm jixxandar programm sportiv differenti: Sport Għawdex (It-Tnejn), Tiġrijiet Biss (It-Tlieta), 3 Pointer (L-Erbgħa), Ruggers (Il-Ħamis) u GFA Roundup (Il-Ġimgħa).

Apparti d-diversi partiti li jixxandru b’mod dirett, nhar ta’ Ġimgħa fid-8.45pm jixxandar il-programm Sport Panorama.

Aktar programmi sportivi fuq TVM 2 huma Offside (It-Tnejn fl-8.45pm) filwaqt li s-Sibt fid-9.30pm jitwassal iċ-Champion’s League Magazine.

TVM2 se jxandar is-servizz tal-Quddiesa kuljum fid-9.30am u fil-5.30pm. Nhar ta’ Sibt fis-6.30pm tixxandar il-Quddiesa mis-Santwarju ta’ Pinu.

Fuq dan l-istazzjon jixxandru wkoll programmi soċjo-reliġjużi Sensilhena (l-Erbgħa fis-7pm), Aħbar Tajba (Is-Sibt fis-6.15pm) u Rome Reports (Is-Sibt fis-5.45pm).

Drama bil-Malti

Għal dawk li jħobbu drama bil-Malti, TVM2 se jkun qed jirrepeti s-sensiliet li se jixxandru fuq TVM.

Is-Sibt fil-11am TVM se jxandar il-puntati ta’ matul il-ġimgħa ta’ Sorelle mill-11am ‘il quddiem.

Is-Sibt fil-11.30pm ir-repetizzjoni ta’ L-Ispettur li tkun ixxandret għall-ewwel darba fuq TVM it-Tnejn ta’ qabel.