L-iskeda tal-ħarifa ta’ One

Carlos Farrugia. Ritratt: DBA Entertainment

Minn għada t-Tnejn 28 ta’ Settembru l-istazzjon One se jkun qed jagħti bidu għall-iskeda tal-ħarifa b’għażla ta’ programmi popolari li jirritornaw f’din l-iskeda u anke oħrajn ġodda.

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa

Kuljum fl-10.30am Wayne Aquilina se jkompli bil-programm Espresso filwaqt li fis-1.30pm Alfred Zammit se jwassal staġun ġdid ta’ Kalamita. Fis-6.30pm Karl Stagno Navarro jkompli b’edizzjoni oħra tal-programm Pjazza. Fit-8.15pm Owen Bonnici jwassal edizzjoni ġdida tal-programm Prime Time.

Għat-tfal kull nhar ta’ Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa fl-4.30pm Brandon Terribile jwassal il-programm Duurella mmirat lejn it-tfal.

Drama bil-Malti

Nhar ta’ Tnejn fl-10.15pm tkompli tixxandar is-sensiela popolari Ġiżelle filwaqt li nhar ta’ Erbgħa fid-9.15pm se nassistu għat-tmien u l-aħħar staġun ta’ Division 7.

Prime Time

Araniissa

Nhar ta’ Tnejn fit-8.35pm Claire Agius Ordway twassal il-programm ġdid dwar is-saħħa bl-isem ta’ Reboot. Dan ikun segwit minn Follow Up fid-9.15pm.

Nhar ta’ Tlieta fid-8.45pm il-programm Ħabrikt li jlaqqagġna ma’ 13-il artist lokali u fil-ħin tad-9pm il-programm Mija dwar il-100 sena mit-twaqqif tal-Paritit Laburista.

L-Erbgħa fid-8.45pm Clare Agius bi programm ġdid bl-isem ta’ The Local Traveller b’togħma kulturali u bil-vjaġġi tagħha mal-gżejjer Maltin. Dan ikun segwit minn Division 7. Eżatt wara Distintivi ma’ Kevin Mercieca.

Il-Ħamis fid-8.35pm Manwel Micallef iwassal il-programm ta’ dibattitu one-on-one filwaqt fid-9pm staġun ġdid tal-programm Ilsien In-Nisa ma’ Clare Agius, Claire Agius Ordway u Pauline Agius.

Il-Ġimgħa fid-8.35pm staġun ġdid ta’ Min Imissu? segwit minn Kick Off fl-9.45pm.

Is-Sibt mill-10 ta’ Ottubru Joseph Chetcuti iwassal il-15-il edizzjoni tal-programm Araniissa.

Programmi oħra

Matthew Sant Sultana

Kuljum fit-8am tixxandar il-Quddiesa filwaqt li t-Tlieta fil-5.30pm Claire Agius Ordway twassal edizzjoni oħra ta’ Dak Li Jgħodd.

L-Erbgħa fil-4.45pm staġun ġdid ta’ Flimkien Ma’ Nancy ippreżentat minn Nancy Buhagiar. Fil-5.40pm ikun imiss lil Clifford Galea bil-programm kulturali Pajjiżi.

Il-Ħamis fil-5.45pm Matthew Sant Sultana jippreżenta l-game show Mhux Kemm Taf!

Il-Ġimgħa fil-5.30pm Pauline Agius twassal staġun ġdid ta’ IndHouse.

Is-Sibt fil-5.30pm il-programm Il-Kelma ppreżentat minn Antonella Galea Loffreda. Fis-6pm Nevise Borg Caligari bil-programm Pink Panther filwaqt li fis-6.40pm Pierre Borg iwassal il-programm Ondroad.

Il-Ħadd filgħodu l-programm Paperscan immexxi minn Charlon Gouder.