“L-iskart tal-kostruzzjoni huwa riżors mhux skart” – PD

L-iskart tal-kostruzzjoni huwa riżors u mhux skart. Dan kien il-messaġġ tal-Partit Demokratiku fi stqarrija maħruġa s-Sibt fejn qal li Malta għad m’għandhiex strateġija għal kostruzzjoni sostenibbli minkejja li suppost għandha l-istrateġija għal żvilupp sostenibbli f’Malta – 2050.

Il-Partit Demokratiku sostna li ilu sena jistaqsi lill-Gvern biex jaħdem fuq strateġija fit-tul, filwaqt li qal li r-riklamazzjoni tal-art mhix soluzzjoni għall-ekonomija u li dan juri li l-Gvern m’għandux viżjoni.

Il-Parttit Demokratiku temm jgħid li wasal iż-żmien li l-Awtorità tal-Ippjanar u l-ERA jirregolaw l-użu mill-ġdid ta’ skart tal-kostruzzjoni b’mod aħjar u iktar effettiv