L-iskart fil-lokalitajiet ta’ tħassib għall-Presidenti tar-Reġjuni

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li għad hemm ħafna x’isir fejn jidħol il-livell tat-tindif fil-lokalitajiet.
Waqt laqgħa mal-Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Presidenti tar-Reġjuni iddiskutew fost l-oħrajn il-ġbir tal-iskart, il-gwardjani lokali u l-fondi tal-kunsilli.
Is-Segretarju Parlamentari Parnis qal li jifhem it-tħassib tal-Presidenti tar-Reġjuni dwar il-problema tal-iskart iżda qal li jridu jseħħu r-riformi meħtieġa.
Ritratt: DOI – Jason Borg