L-ISIS u l-Libja taħt il-lenti Amerikana

Il-President Amerikan, Barack Obama, laqqa’ lill-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali biex jiddiskuti l-kampanja Amerikana kontra l-Istat Iżlamiku.
Mill-White House joħroġ li Obama ta direzzjoni biex tissaħħaħ il-ħidma fil-Libja u f’pajjiżi oħra fejn l-Istat Iżlamiku qed jipprova jżid il-preżenza tiegħu.
Sadattant, il-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda għal-Libja, Martin Kobler, wissa li fil-pajjiż ir-ritmu tal-mod kif qed javvanza l-Istat Iżlamiku hu iktar mgħaġġel minn dak taż-żewġ gvernijiet Libjani hekk kif minkejja l-qbil fil-prinċipju għal gvern ta’ unità, il-Libja għadha ma tistax tingħaqad.