L-ISIS tefgħu għajnejhom fuq il-Vatikan?

Rapporti f’mezzi tax-xandir internazzjoni qed jgħidu li l-mira li jmiss tat-terroristi tal-Istat Iżlamiku mistennija tkun il-belt tal-Vatikan.
L-ewwel li ħarġu bl-aħbar kienu mezzi tax-xandir Iżraeljani li kkwotaw servizzi sigrieti Amerikani.
Jidher li l-Vatikan qed jitqies bħala l-objettiv li jmiss għalkemm għad m’hemmx sinjali konkreti li jħassbu f’attakk.
Madankollu, persuni qrib Newsbook.com.mt li lbieraħ żaru l-belt tal-Vatikan innutaw preżenza iktar qawwija ta’ uffiċjali tas-sigurtà fosthom Carabinieri u Pulizija.
Il-Papa, iktar tard illum, mistenni jħalli l-belt tal-Vatikan biex jibda vjaġġ apostoliku ieħor.
Se jżur is-Sri Lanka u l-Filippini, 20 sena wara li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien żar l-istess pajjiżi.