L-ISIS jisplodu iktar monumenti storiċi fis-Sirja

Il-militanti tal-Istat Iżlamiku splodew żewġ siti antiki ta’ wirt storiku qrib il-belt Rumana ta’ Palmira fis-Sirja.
Fuq l-internet, il-militanti ppubblikaw ritratt tas-sepulkru monumentali ta’ Mohammed Ben Ali, li kien kuġin tal-Profeta Mohammed, kemm kif kien magħruf il-monument u anke waqt l-isplużjoni tiegħu.
Skont l-ISIS, b’hekk inqered monument ta’ allat foloz.
Bl-istess mod, inqered sepulkru ieħor ta’ persunaġġ storiku ieħor ta’ Palmira, din id-darba ta’ Abu Behaeddin.
Dan wara li iktar kmieni kienu għamluha illegali għal kulħadd biex iżuru dawn il-monumenti.
Sadattant, ħareġ li f’attakk mill-armata Sirjana, ilbieraħ filgħaxija qrib Aleppo f’inħawi maħkuma mir-ribelli, inqatlu għaxra min-nies, inkluż żewġt itfal wara li s-suldati tefgħu bomba fuq moskea f’ħin it-talb.
Fil-Libja mbagħad, ajruplan mibgħut mill-gvern ta’ Tripli bbumbardja kwartieri ġenerali tal-ISIS f’Nawfaliyah, qrib Sirte. Sorsi fil-Libja ppreċiżaw li l-ajruplan telaq minn Miżurata u li fl-attakk inqatlu 20 ġiħadista tal-Istat Iżlamiku.