L-ISIS jilbsu ta’ pulizija u joqtlu 31 persuna

Minn tal-inqas 31 persuna inqatlu, fosthom 14-il pulizija f’attakki mill-Istat Iżlamiku f’Tikrit, fl-Iraq.
L-attakki li seħħew matul il-lejl li għadda ħallew 40 persuna midruba.
Il-militanti tal-ISIS libsu l-uniformi tal-pulizija u użaw il-karozzi tal-pulizija.
Rapporti internazzjonali qalu li kien hemm 10 aggressuri li jinkludu żewġ bombi suwiċida.