L-ISIS jerġgħu jidħlu f’Kobane

Wara diversi xhur ta’ ġlied, il-militanti tal-Istat Iżlamiku rnexxielhom jerġgħu jirbħu partijiet mill-belt Sirjana ta’ Kobane, fuq il-fruntiera mat-Turkija.
Il-militanti rnexxielhom jerġgħu jidħlu fil-belt li minnha kienu tkeċċew xhur ilu, f’rebħa li dakinhar kienet meqjusa bħala sinjal ta’ tama għal dawk li kienu qed jirreżistu lill-militanti.
Skont sorsi fl-inħawi, fl-aħħar ġlied mietu diversi.