​L-ISIS jaħtfu r-raba’ belt fil-Libja

Militanti tal-Istat Iżlamiku ħatfu r-raba’ belt fil-Libja.
Hekk kif ħatfu l-belt ta’ Bin Jawad, il-militanti bdew iduru fuq it-trakkijiet b’erbat irjus maqtugħin f’idejhom, u jgħajtu “Allahu akbar.”
Għadd ta’ residenti ta’ Bin Jawad ħallew il-Belt il-ġimgħa li għaddiet hekk kif żdiedet il-biża’ meta l-grupp terroristiku beda jikkontrolla l-Belt.
Il-bandiera s-sewda tal-grupp ittellgħet f’Bin Jawad, fl-istess jum li ġellieda tal-ISIS attakkaw il-portijiet taż-żejt ta’ Ras Lanuf u Sidra.
Fil-Libja hemm il-biża’ li l-ISIS se jippruvaw jaħtfu aktar ċentri taż-żejt fir-reġjun.