L-ISIS ilestu għal ritaljazzjoni internazzjonali

Fil-belt ta’ Raqqa, fis-Sirja, jidher li żdiedet il-ħidma – din id-darba mill-militanti tal-Istat Iżlamiku li qed jistennew ritaljazzjoni mill-komunità internazzjonali wara l-attakki ta’ Pariġi.
Franza rduppjat l-attakki mill-ajru fuq Raqqa u l-Ingilterra mistennija tħabbar il-“pjan komprensiv” tagħha kontra l-Istat Iżlamiku.
Il-militanti, min-naħa l-oħra, jidher li qed iħaffru dejjem iktar ‘l isfel, b’bunkers u mini mħaffra apposta taħt l-art biex ikunu jistgħu jaħarbu.