L-ISIS b’theddid ta’ bombi għat-Tazza tad-Dinja

L-Istat Iżlamiku bagħat theddida lir-Russja fejn qal li se jwettaq l-akbar massakru li qatt sar sa issa fl-istorja tad-dinja, hekk kif bħalissa l-pajjiż qed jospita t-Tazza tad-Dinja.

F’filmat li nxtered mill-gazzetta Ingliża Daily Star, l-organizzazzjoni terroristika ħabbret li tixtieq vendetta kontra l-President Russu Vladimir Putin u kontra r-Russja.

L-ISIS spjega li se juża d-drones biex iwettaq l-attakki, bħalma għamel fl-Iraq kontra persuni ċivili u kontra forzi tal-Gvern.

Skont esperti fil-qasam terroristiku dan it-theddid mhu xejn ħlief fantażija iżda għandu jittieħed bl-akbar serjetà.

Ir-Russja bħalissa tinsab fi stat ta’ livell għoli ta’ sigurtà mhux biss minħabba possibilità ta’ attakk terroristiku iżda minħabba l-hooligans ukoll.