L-ISIS b’messaġġ għal Donald Trump

L-Istat Iżlamiku qal li l-Istati Uniti qed titmexxa minn idjota u li qed tegħreq.
Fl-ewwel dikjarazzjoni minn meta Donald Trump sar President tal-Istati Uniti,l-ISIS qal li Donald Trump lanqas għandu idea x’jiġifieri s-Sirja, l-Iraq u l-Islam.
F’messaġġ irrekordjat li jtul kważi tliet kwarti, il-kelliem għall-ISIS Abu Hassan al-Muhajer qal li l-Amerka għerqet u ma tistax issalva għax saret art li jfittex kull suldat madwar id-dinja biex jispara fiha.
Il-messaġġ ġie rrekkordjajt waqt li l-Amerka qed taħdem biex tieħu lura f’idejha l-ikbar bliet li għandha l-ISIS, Mosul fl-Iraq u Raqqa fis-Sirja.
Fid-diskorsi tiegħu Donald Trump kemm-il darba rrimarka li jrid jeqred lill-ISIS.