Aġġornata: L-isfida bil-barmil ilma kiesaħ silġ

Din l-idea friska oriġinat mill-plejer tal-baseball ta’ Boston College Pete Frates, li kellu jwaqqaf il-karriera sportiva minħabba l-ALS (Amyotrophic Lateral Sclerosis).
L-ALS tattakka s-sinsla tad-dahar u twassal għal diffikultajiet fid-diskors, uġigħ muskulari u anki paraliżi.
Fl-Amerka huma madwar tletin elf ruħ li ġew milquta mill-ALS, filwaqt li fir-Renju Unit huma madwar ħamest elef.
Għalhekk it-tim ta’ Boston b’rispett ta’ Pete Frates bdew din l-isfida, segwiti minn Justin Timberlake, Mark Zuckerberg u issa wkoll diversi plejers tal-futbol.
S’issa huma Paul Scholes, Darren Fletcher, Cristiano Ronaldo, Steven Gerard, Daniel Sturridge, Neymar, Nigel De Jong, Robin van Persie, Wesley Sneijder, Joleon Lescott, Camilo Zuniga, Robinho, Ashley Cole, Stiliyan Petrov, John Terry u issa anki Mario Balotelli aċċetta l-isfida tal-barmil ilma kiesaħ silġ.
Kull min qed jaqla’ barmil ilma kiesaħ silġ fuqu qed jagħti donazzjoni għal dawk li huma milquta mill-ALS.
S’issa minn din l-inizzjativa nġabru madwar tliet miljun dollaru Amerikan, jiġifieri 50% aktar mill-fondi tas-sena li għaddiet.