​L-isfida bejn l-aqwa timijiet Maltin tal-Hockey

Nhar il-Ħadd li ġej jingħata bidu għall-staġun ġdid tal-hockey lokali, bil-finali tas-Super Cup bejn Qormi u Floriana Young Stars.
Iċ-ċampjins Qormi se jisfidaw lil Floriana Young Stars li huma r-runners up fin-Knock Out tal-istaġun li għadda.
Din il-finali se tintlagħab nhar il-Ħadd li ġej fl-10 ta’ filgħodu fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.