L-isfida bejn Barcelona u Real Madrid tintemm fi draw

Barcelona u Real Madrid kisbu punt kull wieħed wara li l-El Clasico ntemm bl-iskor ta’ 2-2. Kien Luis Suarez li poġġa lil Barcelona fil-vantaġġ grazzi għat-30 gowl tiegħu f’dan l-istaġun bil-flokk tal-Blaugrana.
Madankollu Real Madrid kisbu d-draw ħames minuti wara b’gowl ta’ Cristiano Ronaldo li ma komplix jilgħab fit-tieni taqsima minħabba li weġġa’ l-aksa fl-azzjoni tal-gowl.
Għalkemm Barcelona spiċċaw b’10 plejers wara t-tkeċċija ta’ Sergi Roberto fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, huma reġaw marru fil-vantaġġ b’xutt fil-baxx ta’ Lionel Messi.
Hekk kif kien jidher li l-aħħar El Classico tal-plejer veteran Andres Iniesta kien se jintemm b’rebħa, Gareth Bale reġa’ ġab il-parità b’gowl mill-isbaħ fit-78 minuta.