L-iscouts b’avventura ġdida għat-tfal ta’ SkolaSajf

L-Assoċċjazzoni Maltija tal-iScouts nediet programm ġdid immirat lejn it-tfal bejn it-tmien u disa’ snin li jattendu fiċ-ċentri ta’ SkolaSajf.
‘Scouting for All’ jikkonsisti fi programm ta’ ġurnata li bl-għan li jkun konġunt mat-tema ta’ SkolaSajf ‘Education for All’, imma minn perspettiva tal-iscouting.
It-tfal huma mistiedna biex jipparteċipaw f’avventura barra, filwawaqt li fl-istess ħin ikunu qed jitgħallmu numru ta’ kapaċitajiet importanti tal-ħajja b’mod informali, fosthom x’għandhom jagħmlu f’każ ta’ emerġenza.