L-isbaħ siġra tal-Milied fl-Ewropa

Ritratt: Saulius Žiūra

Is-siġra tal-Milied f’Vilinius fil-Litwanja inxtegħlet fl-aħħar ġranet u bħas-soltu din is-siġra tal-Milied impressjonanti fil-belt kapitali tal-pajjiż kisbet attrazzjoni internazzjonali. Titqies bħala l-isbaħ siġra tal-Milied fl-Ewropa kollha.

Din is-sena is-siġra tal-Milied inħolqot fuq ix-xbiha tal-figura tar-Reġina tas-Seklu 14 u 15 mill-logħba taċ-chess. Din is-siġra b’tul ta’ 27 metru għandha madwar 6,000 zokk u hija attrazzjoni mhux biss għall-abitanti ral-belt, iżda wkoll għal eluf ta’ turisti li jivvjaġġaw kull sena biex ikunu jistgħu jgawdu mis-sbuħija ta’ din is-siġra.

Ritratt: Saulius Žiūra

Din is-sena mistennija li jżuru l-belt madwar 82,000 turist. Dawn mhux biss igawdu s-sbuħija ta’ din is-siġra, iżda wkoll mis-suq tal-Milied li hemm madwar is-siġra. Hemm suq ieħor qrib fit-Town Hall Square. Hawnhekk in-nies ikollhom ċans jixtru affarijiet magħmula bl-idejn kif ukoll jieħdu hot chocolate jew minbejjed u saħansitra ħelu tradizzjonali.

Ritratt: Saulius Žiūra

Dan minbarra d-diversi attivitajiet b’rabta mal-Milied li jiġu organizzati.