“L-isbaħ rigal li wieħed jista’ jkollu f’għeluq sninu” – Arthur

Ritratt: Facebook/Arthur Caruana

Illum huwa jum speċjali għal Arthur Caruana li jmexxi l-istazzjon 103. Huwa qiegħed jiċċelebra għeluq it-38 sena tiegħu. Twieled fl-1982.

Arthur ma jiċċelebrax dan il-jum waħdu għax għandu wkoll oħtu tewmija, Tonia.

Iżda f’dawn l-aħħar sentejn iċ-ċelebrazzjonijiet fid-19 ta’ Jannar huma triplu għax illum qiegħed ukoll jiċċelebra għeluq sninu ċ-ċkejken Gavin, iben Tonia, li jiġi wkoll in-neputi ta’ Arthur.

“L-isbaħ rigal li wieħed jista’ jkollu f’għeluq sninu,” qalilna Arthur hekk kif qasam magħna ritratt li ttieħed apposta llum waqt li dawn it-tlieta kienu qed jiċċelebraw dan il-jum speċjali.

Ritratt: 103

Infakkrukom li għada t-Tnejn Arthur jerġa’ jkun magħkom fis-6am għall-breakfast show ieħor flimkien ma’ Ian, Charlene u Jesmond.

Awguri Arthur!