L-isbaħ nanna fl-univers hi Russa ta’ 38 sena

Elizaveta Rodina, Russa ta’ 38 sena, ġiet dikjarata bħala n-“Nanna Univers 2016”.
Rebħet it-titlu għall-konkors ta’ sbuħija wara li għelbet lid-disa’ konkorrenti l-oħra li waslu sal-finali.
Rodina rebħet ukoll il-premju speċjali tal-ġurija għall-aħjar Miss f’libsa eleganti.
Ir-rebbieħa Russa twieldet f’San Pietruburgu.
Għexet f’diversi bliet wara li segwiet lil missierha, li kien fil-korpi dixxiplinati, għandha diploma fit-tmexxija ta’ kor u segwiet kors fl-Università ta’ San Pietruburgu dwar direzzjoni tal-palk.
Illum tgħix fil-belt li twieldet fejn taħdem anke bħala kantanta.
Rodina saret omm ta’ tifla meta kellha 21 sena, u din, min-naħa tagħha saret omm meta kellha 17.