L-IS wettqu attroċitajiet u qed jirreklutaw lit-tfal

In-Nazzjonijiet Magħquda qed isostnu li l-militanti tal-Istat Iżlamiku wettqu attroċitajiet kbar fis-Sirja filwaqt li qed jirreklutaw lit-tfal.
Spetturi tan-Nazzjonijiet Magħquda qed jakkużaw ukoll lill-reġim Sirjan ta’ Bashar Al-Assad li għamel użu mill-armi kimiċi fi tmin każi separati fil-punent tal-pajjiż.
Il-militanti tal-Istat Iżlamiku qed jikkontrollaw partijiet mis-Sirja u qed jissieltu kontra l-Gvern Sirjan.
Aktar minn 200,000 persuna nqatlu fis-Sirja minn meta beda l-kunflitt fl-2011.