L-IS jitlob tpartit tal-ostaġġi

Il-Prim Ministru Ġappuniż ikkundanna l-filmat li allegatament juri l-qtil tal-ostaġġ Haruna Yukawa. 
Ritratt li qed jiċċirkola fuq l-internet, juri dak li qed jigi allegat bħala l-katavru ta' Yukawa qrib Kenji Goto.
Il-Prim Ministru Shinzo Abe, fisser dan il-qtil bħala offiża kbira u att ta’ vjolenza inaċċettabli. 
L-Istat Iżlamiku talab kważi €180 miljun sabiex isalva l-ħajja ta’ Yukawa u l-ostaġġ l-ieħor, Kenji Goto. 
L-Istat Iżlamiku qed jitlob li jkun hemm tpartit tal-ostaġġi biex tiġi salvata l-ħajja ta’ Kenji Goto.  Qed issir it-talba biex jinħeles Sajida al-Rishawi li huwa militant Iraqi miżmum il-Ġordan.
Il-Prim Ministru Abe filwaqt li talab mill-ġdid il-ħelsien ta’ Goto qal li l-Ġappun mhux ha jċedi għat-terroriżmu.