L-IS jassedja Belt strateġika fil-fruntiera ta’ bejn is-Sirja u t-Turkija

Militanti tal-Istat Iżlamiku daħlu f’Belt strateġika li tinsab fil-fruntiera ta’ bejn it-Turkija u s-Sirja u ħadu l-kontroll ta’ tliet distretti. Dan wara ġlied qalil fit-toroq mal-forzi Kurdi.
L-Istat Iżlamiku daħal fil-Belt tard it-Tnejn filgħaxija u fuq binjiet pubbliċi u għoljiet setgħet mill-ewwel tidher il-bandiera s-sewda, simbolu tal-grupp militanti.
Aktar minn 160,000 Sirjan, fosthom Kurdi kellhom jaħarbu mill-Belt.
Kobane tinsab assedjata minn tliet bnadi, u uffiċjali qalu li fi ftit jiem l-Istat Iżlamiku se jkun ħa l-kontroll totali tal-Belt.