L-irreċtar fost 38 kors part-time ġdid fl-MCAST

L-MCAST nieda aktar minn 300 kors part-time li jinkludu 38 kors ġdid, fosthom dwar l-irreċtar, kif persuna taħdem ma’ persuni b’imġiba diffiċli, fitness traning, l-investigazzjoni xjentifika u l-kura, t-tagħlim u l-iżvilupp tat-tfal. Kors ġdid ieħor iwassal l-istudenti biex jiksbu kwalifika fil-livell tal-Masters.
Persuni li għandhom iktar minn 16-il sena jistgħu japplikaw għal dawn il-korsijiet biex jiksbu ħiliet u kwalifiċi ġodda u javvanzaw fil-karriera.
Il-korsijiet part-time huma mmirati b’mod speċjali għall-adulti li x-xogħol jew l-impenji tal-familja jagħmluha diffiċli biex isegwu edukazzjoni full-time.
Dawk interessati jistgħu jiksbu iktar dettalji fuq shortcourses.mcast.edu.mt, fejn jistgħu japplikaw onlajn.