L-Irlanda se tivvota f’referendum dwar l-abort

Stedina trabi Xagħra omm

Il-Gvern Irlandiż qabel li jsir referendum li mistenni jiddeċiedi jekk l-abort għandux jitħalla jsir f’ċertu sitwazzjonijiet.
Ir-referendum se jkun qed isir fl-aħħar ta’ Mejju li ġej u se jkun qed jitratta emenda fil-kostituzzjoni li tagħmel l-abort illegali fiċ-ċirkostanzi kważi kollha.
Bħalissa, fl-Irlanda, l-abort huwa permessibbli biss jekk il-ħajja tal-omm tkun f’riskju iżda mhux f’każijiet oħra bħal f’stupru.
Il-Prim Ministru Leo Varadkar qal li se jkun qed jikkampanja favur ir-riforma.
Il-vot mhux se jkun dwar termini speċifiċi fil-liġi iżda l-Irlandiżi se jiddeċiedu jekk iħallux jew ineħħux l-artiklu 40 tal-kostituzzjoni li jitkellem fuq l-abort.
Dan il-paragrafu fil-kostituzzjoni kien ġie approvat f’referendum ieħor li kien sar fl-1983 u “jirrikonoxxi d-dritt tal-ħajja tat-tarbija fil-ġuf,” jiġifieri ma ssirx distinzjoni bejn il-ħajja tal-mara u t-tarbija tagħha li għadha ma twilditx.
Qabel il-vot, il-Ministru għas-Saħħa se jkun qed jippreżenta abbozz ta’ liġi li jipproponi li l-abort isir permessibbli lil nisa li għandhom 12-il ġimgħa tqala u f’każijiet eċċezzjonali, anke wara l-ewwel tliet xhur.