L-Iraq jikkundanna l-attakk Amerikan, l-Iran iwegħed vendetta u Iżrael fuq allert

FILE PHOTO: Iraqi Prime Minister Adel Abdul Mahdi speaks during a symbolic funeral ceremony of Major General Ali al-Lami, who commands the Iraqi Federal Police's Fourth Division, who was killed in Salahuddin, in Baghdad, Iraq October 23, 2019. REUTERS/Khalid al-Mousily/File Photo

Il-Prim Ministru Iraqqin kkundanna l-qtil ta’ Soleimani u al-Muhandis u fisser li dan ser jkun niċċa għal gwerra fir-reġjun. Adel Abdul Mahdi qal li l-assassinju ta’ kmandant Iraqin li għandu posizzjoni uffiċċjali hija aggressjoni fuq l-Iraq. Apparti minn hekk l-qtil ta’ nies ta’ pajjiż fratern bħall-Iran fuq art Iraqqina huwa ksur massiv tas-sovranita’ tal-pajjiż. 

Is-sena l-ġdida bdiet bil-kbir fil-Lvant Nofsani b’eskalazzjoni tat-tensjoni bla preċedenti. Dan hekk kif l-Istati Uniti kkonfermat li kienet wara l-qtil fl-Iraq tal-General Qassem Soleimani, il-kmandant tat-taqsima militari Iranjana magħrufa bħala ‘Quds’ u li kien jitqies bħala t-tieni persuna l-aktar b’saħħitha fl-Iran.

Sadanittant l-armata Iżraeljana tinsab fuq allert massimu waqt li l-Prim Ministru Benjamin Netanyahu qata’ ħesrem żjara li kellu fil-Greċja wara l-qtil tal-kmandant Iranjan Qassem Soleimani. 

Iktar kmieni, l-Iran ħabbret li ser tirritalja u tagħmel vendetta għal qtil tal-ġeneral Iranjan minn naħa tal-Istati Uniti. 

Iżrael huwa l-ikbar allejat li l-Istati Uniti għandha fil-Lvant Nofsani u l-ikbar għadu ta’ l-Iran. Sa issa ma kien hemm ebda dikjarazzjoni minn naħa ta’ Iżrajel għal qtil ta’ Solejmani u l-kmandant tal-milizja Iraqina Abu Mahdi al-Miuhandis. 

Madanakollu l-uffiċċju tal-Prim Ministru Netanyahu ikkonferma li huwa kien ser jinterrompi ħesrem ż-żjara tiegħu fil-Greċja. 

Ir-radju tal-armata Iżraeljana qal li l-armata Iżrajeljana hija fuq allert waqt li l-Ministru tad-Difiża Iżrajeljan Naftali Bennett laqqgħa lil kapijiet tal-armata u l-intelligence biex janaliżżaw is-sitwazzjoni.

Hu mifhum li l-kabinett tas-sigurta ta’ Netanyahu kien mitlub biex ma jikkumentax fuq dawn il-każijiet, ħaġa li l-media Iżrajeljana interpretat bħala tentattiv biex ttaffi r-riskji ta’ ritaljazzjoni minn organizzazzjonijiet viċin l-Iran bħall-Hezbollah u l-Hamas.