L-Iran jingħaqad fid-diskussjoni għall-paċi fis-Sirja

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Iran, ingħaqad ma’ ministri ta’ pajjiżi oħra biex jiddiskutu t-taħdidiet ta’ paċi fis-Sirja.
Din hi l-ewwel darba li Tehran ngħaqdet mal-qawwiet tad-dinja biex isibu soluzzjoni għal kunflitt li ilu għaddej iktar minn erba’ snin.
L-ewwel taħdidiet bdew ilbieraħ fil-Kapitali tal-Awstrija, Vienna.
Zarif tenna li s-soluzzjoni għall-kunflitt fis-Sirja għandha tirrispetta l-partijiet kollha – il-kwistjonijiet domestiċi tal-pajjiż, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u d-dritt tal-poplu Sirjan li jiddeċiedi hu fuq id-destin tiegħu.