Aġġornata: Iżrael tpattiha lill-Iran wara l-attakk b’20 missila

Iżrael attakkat numru kbir ta' żoni Iranjani fis-Sirja b’ritaljazzjoni għall-attakk tal-Iran fuq Iżrael kmieni dalgħodu.
L-Iran spara madwar 20 missila fuq żoni okkupati minn Iżrael f’Golan Heights.
Skont Reuters, l-armata Iżraeljana sostniet li l-missili ntefgħu mill-Gwardja Revoluzzjonarja tal-Iran il-Ħamis kmieni filgħodu. Xi wħud ġew interċettati u ma kienx hemm persuni midruba.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, Iżrael qalet li nnutat movimenti mhux tas-soltu mill-forzi Iranjani fir-reġjun.
Għal din ir-raġuni talbet lit-truppi tagħha jieħdu l-pożizzjoni tagħhom f’Golan Heights, filwaqt li talbet lin-nies ċivili jfittxu xelter.
Il-Forzi tad-Difiża Iżraeljana qalu li dan kien każ ta’ min jinkwieta fuqu u li qed iżommu lilhom innifishom preparati għal għadd kbir ta’ xenarji.
Minkejja li 12-il missila ġew interċettati, is-sitta l-oħra laqtu ż-żoni li kellhom fil-mira, li jinkludu pożizzjonijiet tad-difiża tal-ajru u maħżen tal-armamenti.
Ritratti: Reuters