L-Iran kien ikun protett kieku kellu armi nukleari – ISNA

FILE PHOTO: An Iranian flag flutters in front of the International Atomic Energy Agency (IAEA) headquarters in Vienna, Austria September 9, 2019. REUTERS/Leonhard Foeger

Skont uffiċjal mill-ISNA, aġenzija tal-aħbarijiet, leġiżlatur Iranjan qal lill-Parlament li l-Iran kien ikun protett mit-theddid li kieku kellu armi nukleari. Żied jgħid li l-Iran għandu joħloq missili b’testati “mhux konvenzjonali”.

Reuters ikkwota lill-ISNA hekk kif din irreferiet għall-kliem ta’ dan il-leġiżlatur: “Għandna npoġġu l-produzzjoni ta’ missili li jkunu jġorru testati mhux konvenzjonali fuq l-aġenda. Dan huwa dritt naturali tagħna”

Il-Punent ilu li akkuża lit-Tehran, il-kapitali tal-Iran, li qed tipprova tiżviluppa armamenti nukleari. Madanakollu, l-Iran dejjem ċaħad din l-akkuża billi jgħid li l-programm nukleari tan-nazzjon għandu biss miri paċifiċi.